Ftit anqas minn sena wara li talab lill-eks Kap Nazzjonalista Simon Busuttil biex jissospendi lilu nnifsu mill-partit nazzjonalsita b’rabta mal-kalunja Egrant, il-Kap tal-Oppożizzjoni Adrian Delia issa qed jgħid li Egrant mhix gidba.
“Le mhix gidba”
L-inkjesta li saret mill-ġudikant Aaron Bugeja kkonfermat li saret gidba fil-konfront tal-Prim Ministru, martu u wliedu, meta l-blogger Daphne Caruana Galizia allegat li Egrant hija tal-Prim Ministru. Bl-eks Kap Nazzjonalista Simon Busuttil kien ibbaża kampanja fuq gidba fil-konfront tal-Prim Ministru.
Meta f’lulju li għadda ħarġu l-konkluzzjonijiet tal-inkjesta, Adrian Delia kien talab lil Simon Busuttil sabiex jissospendi lilu nifsu.
“ Jiena llum, iktar kmieni, tlabt lil Simon Busuttil biex b’effett immedjat iġorr hu r-responsabilitá politika ukoll tad-deċiżjonijiet politiċi tiegħu u jissospendi ruħu mill-grupp parlamentari.”
Madankollu wara li ċeda għall-pressjoni tal-fazzjoni Busuttil, Delia ħallih fil-grupp parlamentari.
Delia li spiċċa ostaġġ mill-fazzjoni ta’ Busuttil, issa qiegħed jgħid li Egrant mhix gidba.
Għax lil Delia staqsejnih dwar l-ikbar frame up fl-istorja politika ta’ pajjiżna, Adrian Delia qal li Egrant hija passat.
“Issa passat .. il-labour irid imur fil passat.”
Adrian Delia ddefenda wkoll l-id il-leminija tiegħu Pierre Portelli li fuq il-programm Dissett qal li m’għandux minn xiex jistħi li fil-qorti prezenta d-dokumenti iffalsifikati, sabiex isir gidba fil-konfront tal-Prim Ministru.
B’Delia qal li Portelli m’għamel xejn ħazin.
“Pierre portelli m ghamel xejn ħazin.”
Qal li Pierre Portelli ma kellux il-mezz li jkun jaf li dawk il-firem huma foloz.
“Ġurnalisti nies normali ma jkollhomx il-mezzi li jaċċertaw id-dokumenti u l-firem fihom.”