Żewġ anzjani ttieħdu l-isptar Mater Dei għall-kura wara inċident bejn żewġ karozzi f’Pembroke.
L-inċident seħħ għall-ħabta tal-17:15 f’Pembroke meta żewġ karozzi ħabtu bil-konsegwenza li żewġ anzjani ndarbu.
Fuq il-post issejħet ambulanza fejn iż-żewġ anzjani ttieħdu l-isptar Mater Dei biex jingħataw il0kura meħtieġa.
Il-kundizzjoni tagħhom għadha mhix magħrufa.