Żagħżugħa ta' 20 l-isptar wara ħabta fis-Siġġiewi | One News

Notifiki

Żagħżugħa ta’ 20 l-isptar wara ħabta fis-Siġġiewi

Żagħżugħa ta’ 20 mir-Rabat iddaħħlet l-Isptar Mater Dei wara li kienet involta f’inċident li seħħ l-Erbgħa waranofsinhar għall-ħabta tal-17:10 fi Triq is-Salib tal-Għolja limiti tas-Siġġiewi.

L-inċident seħħ meta għal xi raġuni, żagħżugħa ta’ 19 minn Ħad-Dingli kellha impatt bil-vettura tal-għamla Toyota Vitz ma’ Isuzu misjuq minn raġel ta’ 67 minn Ħad-Dingli wkoll. Fit-Toyota kien hemm ukoll żagħżugħa ta’ 20 mir-Rabat.

Fuq il-post issejjaħ tim mediku mill-Isptar Mater Dei biex jassisti lill-passiġġiera u aktar tard ġiet iċċertifikata li qed issofri minn ġrieħi gravi.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend