Sqalli se jiġi estradit lejn l-Italja sabiex jaffaċċja akkużi relatati ma’ parteċipazzjoni f’kriminalità organizzata.
Antonio Ricci, li hu mniżżel bħala segretarju ta’ kumpanija Maltija bl-isem ta’ Harvey Gaming, ġie arrestat lura f’April wara li nħareġ Mandat ta’ Arrest Ewropew mill-Qorti ta’ Calabria b’rabta ma’ akkużi ta’ ħasil ta’ flus tal-mafja ‘Ndrangheta.
Il-Qorti ppreseduta mill-Maġistrat Donatella Frendo Dimech, wara li qieset kollox, ordnat li jiġi estradit lejn l-Italja. Jekk l-akkużat ma jappellax, Ricci jiġi estradit lejn l-Italja fejn jiġi affaċċjat sa massimu ta’ seba’ snin ħabs.