Dennis Cremona ta’ 43 sena mill-Marsa ngħata sitt xhur ħabs wara li nqabad jisraq minn pompa tal-petrol f’Birkirkara.
Cremona tressaq il-Qorti fejn ġie akkużat b’serq, li kkawża ħsara fuq propjetà ta’ ħaddieħor u li kien fil-pussess ta’ tgħamir li jintuża għas-serq.
Il-Prosekuzzjoni qalet fil-Qorti kif l-akkużat, minkejja li kull ma kien seraq hu €6, l-ħsarat li kkawża kienu konsiderevoli tant li ammontaw għal €250. L-imputat, li xellef diffru kemm-il darba mal-ġustizzja, huwa riċediv.
Il-Qorti ppreseduta mill-Maġistrat Yana Micallef Stafrace, qieset dan kollu flimkien mal-fatt li l-akkużat ammetta mill-ewwel u għalekk bagħtitu sitt xhur ħabs b’mod effettiv.