Il-Prim Ministru Joseph Muscat jinsab fir-Rumanija għal laqgħa informali tal-Kunsill Ewropew. Fuq l-agenda ta’ din il-laqgħa hemm l-isfidi u l-futur tal-Unjoni Ewropea fil-ħames snin li ġejjin.
Il-laqgħa tal-lum f’jum l-Ewropa qed issir inqas minn tliet ġimgħat qabel l-elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew.
Matul din il-laqgħa fil-belt ta’ Sibiu, il-mexxejja tas-27 pajjiż se jiffukaw fuq Ewropa maqgħuda fid-dawl ta’ inċertezza globali.
Il-Kummissjoni Ewropea qed tenfasizza li l-UE għandha tkun waħda li tipproteġi u tkun ta’ sostenn, filwaqt li tkun iżjed kompetittiva u ġusta.