Pierre Portelli, l-id il-leminija tal-Kap tal-Oppożizzjoni Adrian Delia u protagonist tal-frame up Egrant, iddikjara li ma jistħix minn dak li għamel f’dan il-każ li minn inkjesta indipendenti rriżulta li dan kien każ ibbażat fuq dokumenti foloz u gideb fil-kofront tal-Prim Ministru u familtu.
Portelli kien parti ewlenija minn dak il-kumplott tant li kien hu li kellu fil-pussess tiegħu d-dokumenti bil-firem foloz.
Iffaċċjat mill-President tal-Partit Laburista, Daniel Micallef, dwar kif ma skużax ruħu dwar dak li għamel Portelli qal li jiskuża ruħu kieku għamel xi ħaġa ħażina. “Int qed tgħidli li għamilt xi ħaġa ħażina. Għax tiskuża ruħek ta’ xi ħaġa ħażina,” qal Pierre Portelli.
“Ma nistħi minn xejn li għamilt,” insista Portelli.