Aktar spazji miftuħa għall-familji Maltin u Għawdxin b’investiment ta’ €600,000. Dan ħabbru s-Segretarju Parlamentari għaż-Żgħażagħ u Sport Clifton Grima fejn semma kif f’temp ta’ sentejn ser ikun hawn aktar żoni rekreattivi fil-qasam sportiv għall-familji.
Sa issa diġà ġew identifikati erba’ lokalitajiet- Pembroke, Ħal Far, Raħal Ġdid u San Ġwann taż-Żwejt.
B’referenza għal dan tal-aħħar f’din l-akwata ser ikun hawn outdoor gym kif ukoll ser ikun hawn faċilitajiet li jippermettu li jiġu prattikati diversi attivtajiet sportivi fosthom il-basketball, handball u futsal fost l-oħrajn.
Il-Kap Eżekuttiv ta’ Sport Malta Mark Cutajar semma kif bi proġetti ta’ din ix-xorta bi spazji miftuħa u aċċessibbli għal kulħadd, il-familji, tfal u anke indivudwu ser ikollhom l-opportunità li jagħmlu użu mill-faċilitajiet kull meta jridu. Huwa semma kif din hija l-viżjoni ta’ Sport Malta-dik li ngħixu f’soċjetà aktar b’saħħitha b’aċċess għal żoni rekreattivi fejn wieħed jinteretta u fl-istess waqt iżomm ruħu attiv.