Waqt l-attività politika tal-Partit Nazzjonalista fil-Fgura, ħadd mill-kandidati tal-Partit Nazzjonalista ma tkellem dwar il-vizjoni tiegħu għal Malta u l-ħidma li jaspiraw li jwettqu jekk jiġu eletti fil-Parlament Ewropew.
Iżda spikkaw l-insulti u t-tgħajjir lejn il-Prim Ministru Joseph Muscat. Bi Francis Zammit Dimech infexx jgħajjar lill-Prim Ministru “kodard.”