Malta hija l-post ideali biex kumpanija tiftaħ il-bibien tagħha u tkabbar in-negozju tagħha.
Dan stqarru ma’ One News, David Vella, il-Kap Eżekuttiv tal-kumpanija tas-software Altaro li topera mil-Life Sciences Park f’San Ġwann.
Is-Sur Vella qal li l-kumpanija bdiet b’erba’ minn nies jaħdmu taħt l-art u llum għandha aktar minn 40 elf klijent f’mija u wieħed u għoxrin pajjiż madwar id-dinja. Il-portafoll tal-klijenti tagħha jinkludu ġganti bħal Amazon, NASA, Microsoft u anke BBC.
Altaro għandha ‘l fuq minn mija u għaxar ħaddiema mferrxa f’uffiċini differenti fosthom fl-Istati Uniti, il-Ġermanja u Franza.
“MALTA HIJA GĦALIJA FL-OPINJONI TIEGĦI L-POST IDEALI BIEX TIBDA KUMPANIJA TIEGĦEK, FROM A START-UP AND GROWING UP, IL-WORKFORCE HIJA BILINGUAL WORKFORCE U KIF NARAHA JIENA, AFTER SPENDING LONG HOURS AT THE OFFICE, YOU CAN STILL GET A GOOD QUALITY OF LIFE, YOU CAN STILL SPEND TIME WITH YOUR CHILDREN, GO OUT U D-DYNAMICS LI GĦANDNA HAWN MALTA, WE’RE VERY LUCKY TO HAVE THEM”
Il-manager tal-kumpanija tal-farmaċewtika Alvogen Kent Wisner li topera wkoll mill-istess binja u hija mferrxa mal-erbat irjih tad-dinja, qal li mindu bdiet topera f’Malta fl-elfejn u erbatax, il-kumpanija kibret minn tnax-il ħaddiem għal aktar minn ħamsin.
Ma’ One News, is-Sur Kent qal li kabbru l-operat tagħhom f’Malta minħabba l-infrastruttura soda għat-tkabbir, is-sistema edukattiva eċċellenti u l-ħaddiema mħarrġa.
“STRONG INFRASTRUCTURE FOR INTERNATIONAL BUSINESS AND GROWTH, INCLUDING WELL TRAINED, MULTILINGUAL WORKFORCE AND COMMITMENT IN INTERNATIONAL BUSINESS BECAUSE WE’RE MAKING A LONG TERM COMMITMENT TO THE COUNTRY AND WE WANT TO MAKE SURE THAT WE WOULD BUILD AND GROW THE BUSINESS HERE”
Waqt żjara fil-bini tal-kumpanija, il-Ministru għall-ekonomija Chris Cardona stqarr li jinsab kburi li l-gradwati fix-xjenza għandhom l-opportunitajiet biex ikomplu r-riċerka u jiżviluppaw fis-sehem tagħhom lejn l-industrija farmaċewtika globali.
Fakkar kif mill-elfejn u tlettax ‘l hawn, in-numru ta’ ħaddiema fulltime fl-ICT żdied bi kważi 39 fil-mja u llum jirrappreżenta mal-erbgħa fil-mija tal-impjiegi kollha fulltime f’Malta, b’aktar minn sebat elef u sitt mitt ħaddiem. Preżenti kien hemm ukoll is-Segretarji Parlamentari Silvio Schembri u Deo Debattista.