Ħaddiem iweġġa’ waqt li kien qed jagħmel xogħol f’barriera – One News

Notifiki

Ħaddiem iweġġa’ waqt li kien qed jagħmel xogħol f’barriera

Ħaddiem ta’ 63 sena li kien qed jagħmel xi xogħol f’barriera f’Ta’ Kerċem Għawdex sofra xi ġrieħi.

L-inċident seħħ għall-ħabta tal-16:15 fil-limiti ta’ Għar Ilma.

Fuq il-post issejħet ambulanza li ħadet lill-vittma – Taljan li jgħix Marsalforn – l-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex għall-kura fejn ġie ċċertifikat li qed isofri minn ġrieħi gravi.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend