F’pajjizna bħalissa hawn 91,600 kumpanija reġistrata f’Malta.
Zieda ta’ 55% meta mqabbel mal-2012, meta dak iz-zmien f’pajjizna kien hawn biss 58,700 kumpanija irreġistrata.
Is-sena li għaddiet f’pajjizna twaqqfet l-aġenzija tar-reġistru tal-kumpaniji, li qabel kienet tagħmel parti mill-l-Awtorità Maltija għas-Servizzi Finanzjarji.
L-aġenzija tar-reġistru tal-kumpaniji se tibda topera minn binja ġdida fiż-Żejtun li bħalissa ghaddej ix-xogħol fuqha. Minnha se joperaw ukoll Tech mt, Gaming Malta u Finance MT.
L-aġenzija tar-reġistru tal-kumpaniji se timplimenta l-aħħar teknoloġiji tal-blockchain u l-intelliġenza artifiċjali, biex bħala pajjiz nkunu l-ewwel reġistratur tal-kumpaniji fid-dinja fejn l-applikazzjonijiet tal-kumpaniji jiġu proċessati erbgħa u għoxrin siegħa kuljum.
Is-Segretarju Parlamentari Silvio Schembri qal li “se jkunu taħt saqaf wieħed jiġbru l-ġurisdizzjoni Maltija, Dipartiment legali taħt saqaf wieħed li se jkunu qegħdin jeżistu.”