Carmela Cini – mara ta’ sitta u erbgħin sena minn San Pawl il-Baħar, intbagħtet sentejn ħabs wara li ammettiet li serqet minn ħanut li kien qed jitmexxa minn mara b’nuqqas ta’ vista.
Il-każ seħħ fi Frar tas-sena l-oħra, meta l-mara serqet basket bi tlett elef u ħames mitt ewro ġo fih. Hija ammettiet ukoll li mill-istess ħanut, ġranet qabel serqet ukoll sigaretti u prodotti oħra b’valur ta’ madwar mitejn u tletin ewro.
Meta tat is-sentenza, il-Maġistrat Yana Micallef Stafrace irrimarkat li l-vittma kellha nuqqas ta’ vista u l-akkużata kellha rekord kriminali kkulurit. Barraminnhekk, ma rritornatx il-flus li serqet anki jekk il-Qorti tatha ċans tagħmel dan.