Medda ta’ tmenin tomman ta’ art se tinbdel f’park naturali fejn se jitħawlu mat-tmint elef siġra indiġena li se jservu ta’ pulmun ewlieni f’Birżebbuġa u l-inħawi tal-madwar.
F’konferenza tal-aħbarijiet fis-sit li fuqu se jsir dan il-proġett, il-Ministri Jose Herrera u Konrad Mizzi qalu li l-art se titnaddaf biex wara jibda t-tħawwil tas-siġar fuq medda ta’ 36 tommna.
Il-kumplament tal-arti se tintuża bħala spazju miftuħ inkluż żona riservata għall-kampeġġ u r-riġenerazzjoni ta’ bunker li kien jintuża fi żmien il-gwerra.
Il-Ministru għall-Ambjent Jose Herrera qal li pajjiżna hu limitat ferm fiż-żoni bis-siġar, u għalhekk il-bżonn ta’ proġetti bħal dan u dak li sar f’Kemmuna.
Qal li b’investiment ta’ 400 mitt elf ewro, din iż-żona li fi żmien kienet se tkun partu mill-estoenzjoni tal-freeport se tinbidel f’art li se titgawda mill-komunità ta’ Birżebbuġa.
Tenna li b’dan il-proġett ta’ afforestazzjoni qed jingħata rigal għan-nies ta’ Birżebbuġa, li għandhom dritt ikollhom il-kwalità ta’ ħajja tajba daqs ta’ ħaddieħor, minkejja l-attività industrijali.
Il-Ministru Konrad Mizzi nnota kif dan il-Gvern sab din l-applikazzjoni ta’ estensjoni ma’ wiċċu, iżda permezz ta’ taħditiet mal-Freeport, f’Marzu tas-sena li għaddiet, ittieħdet id-deċiżjoni li l-applikazzjoni tiġi rtirata.
Art li ġiet amalgamata ma’ artijiet oħra tal-Gvern u se tintuża għat- tħaddir u rriġenerazzjoni ta’ Birżebbuġa.
“Se nagħmlu wkoll il-promenade ta’ San Patrizju wkoll li hi l-front ghan-nies ta’ Birżebuġġa.
U apparti minn dak kollu se jsir ukoll park iehor mal-freeport u car park ghan-nies tar-rahal. Dan se jassigura li bejn il-freeport u l-popolazzjoni se jkun hemm barrier ta afforestation u park ieħor. U nahseb dan huma l-affarijiet li haqqhom in-nies ta’ Birżebbuġa.”