Żieda ta’ 10.5% tal-passiġġieri li għaddew mill-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta matul ix-xahar ta’ April ta’ din is-sena meta kkomparat mal-istess xahar tas-sena l-oħra.
Dan kien l-aktar xahar bieżel fil-mitjar mill-bidu tas-sena sa issa. Dan ġie żvelat minn Ajruport Internazzjonali ta’ Malta fejn innota li għall-ewwel darba, ix-xahar ta’ April ra total ta’ sitt mitt elf passiġġier jgħaddi mill-mitjar Malti.
Il-vaganzi tal-Għid u l-iskeda tas-Sajf ikkontribwew għal dan is-suċċess matul dan ix-xahar. Infatti f’Ħamis ix-Xirka kien hemm aktar minn sitta u għoxrin elf u ħames mitt passiġġier li rrikorrew l-ajruport. Sadanittant, l-iskeda tas-sajf immarkat żieda ta’ sitta punt tlieta fil-mija tas-siġġijiet ibbookjati fl-istess xahar meta kkomparat mal-2018.