Il-wasliet tat-turisti f'Malta jiżdiedu bi 3.5% – tiżdied ukoll in-nefqa | One News

Notifiki

Il-wasliet tat-turisti f’Malta jiżdiedu bi 3.5% – tiżdied ukoll in-nefqa

Ċifri tal-uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika juru li l-wasliet tat-turisti f’Marzu laħqu kważi 173 elf turist li kienet tfisser żieda ta’ tlieta punt ħamsa fil-mija meta mqabbel mal-istess xahar is-sena li għaddiet.
L-istatistika tal-NSO turi li kważi 146 elf turist żaru lil Malta għall-btala waqt li aktar minn sittax-il elf u seba’ mija żaru pajjiżna għal skop ta’ negozju.
Notevoli ż-żieda ‘l fuq ta’ aktar minn 21 fil-mija fl-għadd ta’ turisti li żaru lil Malta minn barra l-pajjiżi tal-Unjoni Ewropea.

Iċ-ċifri tal-NSO juru wkoll li l-għadd ta’ ljieli li qattgħu t-turisti f’Malta żdiedu bi 2.2 fil-mija u qabżu l-miljun u mitt elf lejl.

F’Marzu n-nefqa tat-turisti f’Malta żdiedet b’0.5 fil-mija u laħqet mija u sittax-il miljun u ħames mitt elf ewro.

Miċ-ċifri joħroġ ukoll li fl-ewwel tliet xhur tas-sena, il-wasliet tat-turisti f’Malta żdiedu bi 2.8 fil-mija. In-nefqa tagħhom f’Malta żdiedet ukoll b’0.3 fil-mija u qabżet il-mitejn u tnejn u sebgħin miljun ewro.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend