Raġel ta’ 40 sena ndarab gravi wara li waqgħet fuqu biċċa għodda tal-ħadid fil-Furjana.
Il-każ seħħ illum għall-ħabta tal-10:00 fi Triq il-Kapuċċini, il-Furjana.
Il-Pulizija tad-Distrett marru minnufih fuq il-post fejn minn stħarriġ preliminari li sar irriżulta li raġel ta’ 40 sena mis-Serbja u residenti l-Imsida kien sofra xi ġrieħi wara li biċċa għodda tal-ħadid waqgħet fuqu waqt li kien qed jagħmel xi xogħol f’sit ta’ kostruzzjoni.
Fuq il-post issejħet ambulanza li ħadet lill-vittma l-Isptar Mater Dei sabiex jingħata l-kura meħtieġa. Aktar tard huwa ġie ċċertifikat li qiegħed isofri minn ġrieħi ta’ natura gravi.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.