Direttur Ġenerali ġdid għall-NSO | One News

Notifiki

Direttur Ġenerali ġdid għall-NSO

Etienne Caruana huwa d-direttur Ġenerali ġdid tal-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika.

Il-ħatra tiegħu tidħol fis-seħħ mil-lum.

Is-Sur Caruana kien ilu għal aktar minn sena fir-rwol ta’ Aġent Direttur Ġenerali tal-NSO u għandu esperjenza ta’ tmintax il-sena f’diversi rwoli ta’ dan l-uffiċċju.

Fi stqarrija l-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika qal li s-Sur Caruana hu ggradwat fil-Matematika u l-Fiżika u għandu Masters fl-Istatistika u r-Riċerka tal-Operat. Huwa ħadem ukoll fil-qrib ma’ bosta entitajiet internazzjonali fosthom il-Kummissjoni Ewropea u n-Nazzjonijiet Magħquda.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend