Baqa' kalm waqt li arrestawh b'rabta mal-qtil ta' Shannon Mak | One News

Notifiki

Baqa’ kalm waqt li arrestawh b’rabta mal-qtil ta’ Shannon Mak

Jelle Rijpma li jinsab akkużat bil-qtil brutali ta’ Shannon Mak baqa’ kalm u kompost fil-mument li ġie arrestat mill-Pulizija.

Waqt il-kumpilazzjoni tax-xhieda il-Maġistrat Simone Grech semgħet kif il-Pulizija sabet lis-suspettat nofsu rieqed f’garaxx ftit ‘il bogħod minn fejn instab il-katavru ta’ Mak.

It-tabib tal-emerġenza Jonathan Joslin iddeskriva ix-xena makabra li sab meta wasal fi Triq il-Mastrudaxxi. Qal li ra’ ġisem ta’ mara f’għadira demm, kif ukoll marki tas-swaba mdemma.

It-tabib Michael Spiteri qal li meta ċċekkja lill-vittma ma sab l-ebda sinjali ta’ ħajja. Sostna li ferita estensiva fl-għonq ikkawżat l-emoraġija fatali. Huma ċċertifikaw lill-vittma mejta fuq il-post.

Il-każ se jkompli f’Ġunju.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend