Hekk kif is-16 ta’ Mejju qed joqrob, Michela għaddejja bl-aħħar preparamenti għall-ewwel semi-finali.
Dan hekk kif Michela għamlet l-ewwel sessjoni ta’ provi bil-kanzunetta Chameleon f’Tel Aviv.
Fuq il-palk iddominaw il-kuluri tal-qawsalla b’żeffiena mill-aqwa jakkumpanjaw lil Michela fuq il-palk u bil-viċi ta’ Michela jiddomina.
Il-prova li jmiss mistennija tkun is-Sibt li ġej biex b’hekk Michela tkun lesta għas-semi finali.