Jum mit-twelid tat-tarbija rjali, għadhom deħlin messaġġi ta’ awguri għall-Prinċep Harry u l-attriċi Meghan Markle fl-okkażjoni tat-twelid ta’ binhom. Dawn jinkludu l-eks President Amerikan Barack Obama u l-First Lady Michelle Obama. It-tarbija li sa issa għadu mhux magħruf ismu huwa t-tmien neputi tar-Reġina Eliżabetta.
Intant, il-Prinċep William laqa lill-ħuħ fil-klabb ta’ nuqqas ta’ rqad. Ħajja ta’ ġenitur le? Dan jum biss wara t-twelid ta’ neputih fejn esprima sodisfazzjon kbir għal din iż-żieda fil-familja rjali.