Dalgħodu l-kantanta Michela Pace ħalliet Malta b’titjira lejn l-Iżrael sabiex tieħu sehem fl-64 edizzjoni tal-Eurovision Song Contest. L-edizzjoni ta’ din is-sena se ssir f’Tel Aviv.
Bil-kanzunetta Chamaleon hija se tieħu sehem fit-tieni semi-finali nhar il-Ħamis 16 ta’ Mejju u se tkanta fil-11-il post.
L-ewwel semi-final se ssir it-Tlieta 14 ta’ Mejju, bil-finali tkun is-Sibt 18 ta’ Mejju.