477 flixkun ta’ xorb alkoħoliku ġew issekwestrati mid-Dwana wara li nstabu mingħajr it-tabella tas-sisa.
Din is-sejba saret meta l-uffiċjali kienu qed iwettqu numru ta’ tfittxijiet fl-Imsida. F’ħanut minnhom instabu fliexken fuq l-ixkaffef mingħajr it-tabella, bit-tfittxija kompliet ukoll fl-imħażen tal-istess ħanut.
Is-sejba ta’ dawn il-kważi ħames mitt flixkun hija parti mill-ħidma tad-Dwana sabiex jitwaqqfu l-bejgħ ta’ xorb u spirti mingħajr tabelli tas-sisa, u b’hekk jitħallsu t-taxxi meħtieġa.