It-Tnejn waranofsinhar, il-Prim Ministru u Mexxej tal-Partit Laburista Joseph Muscat żar il-lokalità ta’ tas-Sliema.
Hemmhekk huwa iltaqa’ ma’ bosta residenti Slimiżi u fisser magħhom l-importanza li kulħadd jagħmel dmiru u joħroġ jivvota fl-elezzjonijiet tal-kunsilli lokali u l-Parlament Ewropew tal-25 ta’ Mejju li ġej. Fuq kollox, dritt li l-Partit Nazzjonalista ried iċaħħad lil mija u tletin elf cittadin.
Il-Prim Ministru qal li s’issa minn Tas-Sliema nġabru tmenin fil-mija tal-voti u għaldaqstant ħeġġeġ biex jekk jista’ jkun jinġabru l-mija fil-mija tal-voti.
Huwa temm bi kliem ta’ tifħir lejn il-kandidati tal-kunsill lokali ta’ Tas-Sliema f’isem il-Partit Laburista u stqarr li lkoll flimkien jiffurmaw tim b’saħħtu u kapaċi li jista’ jirrappreżenta lir-residenti tiegħu b’mod denju.