Il-Prim Ministru Joseph Muscat qal li jiddispjaċih b’kummenti li għadda dwar ħaddiema barranin f’dibattitu mal-Kap tal-Oppożizzjoni l-Ħamis li għadda.
Dr Muscat qal li wara li reġa ra’ l-programm dehrlu li d-diskors li għamel kien wieħed insensittiv.
Spjega li huwa ried jgħid li fid-dawl li l-Oppożizzjoni hija mhedija b’kampanja ta’ biża kontra l-barranin, huwa ma jridx li f’pajjiżna l-barranin ikunu l-għadu.
Il-Prim Ministru fisser kif il-punt li ried joħroġ kien filwaqt li l-Oppożizzjoni tisħaq li l-barranin li jiġu f’pajjiżna għandhom ikunu ta’ skola, daqstant ieħor għandhom ikunu l-Maltin.
Huwa tenna li jiddispjaċih li l-mesaġġ li ried jgħaddi ma kienx dak li fil-fatt ħareġ.