Il-Kap Nazzjonalista Adrian Delia naqas milli jiddikjara l-bilanċ tal-kont bankarju tiegħu kif inhu l-obbligu ta’ kull membru parlamentari.
Delia ddikjara li għandu x’jagħti iktar minn sitt mija u sebgħin elf ewro, imma ma ddikjarax il-bilanċ tal-kontijiet kurrenti jew kontijiet tat-tfaddil.
Id-dikjarazzjoni tal-assi tagħmilha ċara li kull membru parlamentari għandu l-obbligu li jiddikjara informazzjoni dwar id-depoziti li jagħmel fil-bank u kull interess finanzjarju ieħor.
Il-Kelliem tal-Kap tal-Oppożizzjoni qal li m’hemmx mistoqsijiet dwar id-dikjarazzjonijiet tal-assi ta’ Delia. Bil-paga li jirċievi mill-parlament tmur dirett f’kont kurrenti li għandu.
Bħala Kap tal-Oppożizzjoni Adrian Delia jitħallas elfejn u seba mitt ewro kull xahar.
Fl-aħħar ta’ Jannar it-Times irrapurtat li b’din il-paga, ta kull xahar Delia għandu self u spejjez oħra xi jħallas. Dan apparti li jrid iħallas ukoll għall-kiri ta’ karozza Jaguar. Spejjez li jammontaw għal iktar minn disat elef ewro.
Delia naqas milli jiddikjara l-ammont preċiż li jirċievi mill-ishma li għandu għax qal li dan kien ftehim li jinvolvi individwi privati.