Il-Kummissjoni Elettorali avżat lil dawk il-familjari jew persuni li rċevew id-dokument/i għall-votazzjoni għan-nom ta’ xi qraba jew persuni oħra li bħalissa huma residenti fir-Residenza San Vinċenz de Paul illi dawn għandhom jassiguraw li dawn id-dokument/i għall-votazzjoni jingħataw lil dawn ir-residenti sa mhux aktar tard minn nhar it-Tnejn, 13 ta’ Mejju, 2019.
Fi stqarrija il-Kummissjoni spjegat li dan hu meħtieġ sabiex ikunu jistgħu jsiru l-preparamenti u verifiki sabiex jiġi assigurat li dawn ir-residenti jkunu jistgħu jeżerċitaw id-dritt tal-vot kif titlob il-liġi.
Il-Kummissjoni Elettorali fakkret ukoll li persuni mhux reġistrati bħala eletturi fir-Residenza San Vinċenz de Paul iżda preżentament residenti fl-istess post ikunu jridu jivvutaw is-Sibt, 18 ta’ Mejju, 2019 f’din ir-residenza.