F’jum ieħor ta’ kampanja elettorali l-Kap Nazzjonalista Adrian Delia reġa ma ltaqax mal-ġurnalisti.
Ġimgħatejn ilu l-Partit Nazzjonalista nhieda l-kampanja elettorali, izda Adrian Delia ma deher imkien b’mod li kien disponibbli għall-mistoqsijiet tal-ġurnalisti. Kien hemm biss okkażjoni waħda fejn wieġeb għad-domandi tal-ġurnalisti.
Fil-jum tat-Tnejn, il-Partit Nazzjonalista, bħal m’għamel il-Partit Laburista, nhieda l-manifest elettorali għall-elezzjonijiet tal-Kunsilli Lokali.
Il-ġurnalisti stennew li se jkun Adrian Delia li jniedi l-manifest.
Izda Delia ma tfaċċax quddiem il-ġurnalisti u bgħat lis-Segretarju Ġenerali tal-Partit Nazzjonalista Clyde Puli sabiex jidher quddiem il-ġurnalisti.
Lil Clyde Puli pruvajna nsaqsuh dwar kif Adrian Delia qiegħed jevita għal kollox li jidher quddiem il-ġurnalisti u jieħu l-mistoqsijiet tagħhom. Għall-ewwel Puli injora l-mistoqsija tagħna.
Kif irrapurtat il-Kullħadd, Adrian Delia qiegħed jevita l-ġurnalisti għax mhux komdu li jitkellem dwar ir-rapporti ta’ investigazzjonijiet dwaru.
Adrian Delia qiegħed jiffaċja allegazzjonijiet ta’ ħasil ta’ flus – li daħħal flus f’kont bankarju f’Jersey ġejjin mill-prostituzzjoni. B’Adrian Delia qatt ma talab inkjesta maġisterjali sabiex inaddaf ismu minn dawn l-allegazzjonijiet.
Persuni li jafu sew xi jkun qed jiġri fil-Partit Nazzjonalista sostnew mal-KullĦadd, li apparti l-allegazzjonijiet ta’ ħasil ta’ flus li qiegħed jiffaċja, Delia mhux komdu li jitkellem dwar temi oħra li qed iqumu fil-kampanja elettorali.
B’Adrian Delia qiegħed jagħmel zbalji baziċi meta jitkellem fuq diversi oqsma, li kieku jkun mgħarraf sew ma jgħamilhomx.