Tifel ta’ tliet snin intlaqat minn vann f’San Ġiljan.
Il-każ seħħ għall-ħabta tas-18:30 fi Triq it-Torri f’San Ġiljan meta t-tifel ta’ tliet snin, Tork jgħix f’Tas-Sliema, intlaqat minn vettura tat-tip Ford Transit misjuq minn raġel ta’ 29 sena minn Raħal Ġdid.
Fuq il-post issejħet ambulanza iżda jidher li fortunatament it-tifel ma ġarrab ebda ġrieħi hekk kif ma kienx hemm bżonn li jittieħed l-isptar Mater Dei għal aktar kura.