Ajruplan tal-passiġġieri Russu kellu jagħmel inżul t’emerġenza fl-ajruport ta’ Moska wara li nħakem minn nirien waqt titjira.
Filmati li ġew mxerrda fuq il-midja soċjali juru lill-passiġġieri jagħmlu użu minn ħruġ t’emerġenza u jaħarbu mill-ajruplan li nħakem minn nirien.
S’issa ġie rrappurtat li minn tal-inqas persuna waħda tilfet ħajjitha filwaqt li ħamsa oħra ndarbu. Abbord l-ajruplan kien hemm 78 persuna.