Il-Papa Franġisku beda żjara ta’ tlett ijiem fil-Bulgaria u l-Macedonia ta’ fuq, bil-għan li jissaħħu r-relazzjonijiet mal-Knisja Ortodossa.
Matul il-jum tal-Ħadd il-Papa ltaqa’ mal-mexxeja Ortodossi fil-Bulgaria, madankollu huma rrifjutaw li jitolbu flimkien. Il-Vatikan ilu għal snin twal jappella għal għaqda bejn dawn iż-żewġ Knejjes li nfirdu fis-sena 1054.
Din hija l-ewwel żjara ta’ Papa wara sbatax il-sena. Iżda ż-żjara tal-Papa fil-Macedonia ta’ fuq hija l-ewwel waħda ta’ Papa f’dan il-pajjiż.