L-elezzjoni tal-parlament ewropew u l-kunsilli lokali tal-ħamsa u għoxrin ta’ Mejju, hija l-bidu tat-triq għall-Partit Nazzjonalista.
Hekk iddikjara l-kandidat tal-Parlament Ewropew Frank Psaila.
Frank Psaila huwa l-kandidat favorit ta’ Adrian Delia. B’Delia jrid li Psaila jiġi elett fil-Parlament Ewropew, sabiex ma’ Roberta Metsola u David Casa, ikomplu jiġġieldu fl-istituzzjonijiet ewropej kontra Malta, u jibqgħu jagħmlu l-ħsara kontra l-Gvern fi Brussell.
Ladarba, Delia qiegħed jaħdem qatiegħ biex Frank Psaila jiġi elett ma naqsux it-tifħir lejn Adrian Delia, li qiegħed jagħmel minn kollox sabiex il-Partit Nazzjonalista jirbaħ dawn l-elezzjonijiet.
Quddiem il-Partitarji Għawdxin, l-Kap Nazzjonalista Adrian Delia kritika lill-Partit Laburista talli għazel l-islogan Malta f’qalbna. B’Adrian Delia qal li qatt mhu se juza l-slogan Malta f’qalbna.