Taħt arrest wara sejba ta' 130 kilo kannabis | One News

Notifiki

Taħt arrest wara sejba ta’ 130 kilo kannabis

Żewġt irġiel tressqu l-Qorti mixlija b’pusses 130 kilo ħaxixa tal-kannabis u li assoċjaw ruħhom ma’ persuni biex jitraffikaw din l-istess droga li nstabet ġewwa garage fiż-Żejtun.

Fil-Qorti l-prosekuzzjoni mmexxija mill-Ispettur Jonathan Cassar qalet li Jerome Azzopardi ta’ 21 sena u Jonathan Cassar ta’ 34 sena, it-tnejn minn Bormla kienu taħt sorveljanza għal ġimgħat sħaħ wara li l-Pulizija rċevit tip-off.

Huwa kompla jispjega li l-akkużati nqabbdu deħlin isuqu vann kull wieħed f’garaxx li fih kien hemm id-droga.

L-akkużati wieġbu mhux ħatja għall-akkużi miġjuba kontrihom. Azzopardi talab għal ħelsien mill-arrest madankollu l-Maġistrat Charmaine Galea ma laqgħetx it-talba. Cassar minn naħa tiegħu ma talabx għall-ħelsien mill-arrest.

Il-Maġistrat ordnat ukoll l-iffriżar tal-assi tal-akkużati.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend