"Pieni ħorox" għall-pulizija li użaw vjolenza fuq dimostranti fi Franza | One News

Notifiki

“Pieni ħorox” għall-pulizija li użaw vjolenza fuq dimostranti fi Franza

L-Awtoritajiet Franċiżi qed jinvestigaw numru ta’ persuni li ddeskrivu lilhom infushom bħala Pulizija ta’ kontra d-dimostrazzjonijiet, wara tliet inċidenti ta’ allegata vjolenza fuq numru ta’ dimostranti f’Pariġi.

Filmati li nxterdu fuq il-midja soċjali fl-aħħar jiem juru ġlied bejn il-Pulizija u min kien qed jipprotesta.

Dan nissel rabja kbira fit-tmexxija tal-pajjiż, hekk kif il-Ministru għall-Intern Franċiż Christophe Castaner qal li se jkun hemm pieni ħorox għall-pulizija li jinqabdu.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend