Azzopardi jikkonferma li l-PN mar lura mill-appoġġ għall-mina | One News

Notifiki

Azzopardi jikkonferma li l-PN mar lura mill-appoġġ għall-mina

Filwaqt li l-gvern huwa deċiz li jwettaq il-proġett tal-mina, Deputati nazzjonalisti komplu jikkonfermaw li l-Partit Nazzjonalista mar lura mill-appoġġ lejn il-mina.

B’Jason Azzopardi jaqbel ma’ Adrian Delia li minkejja li ivvutaw favru il-mina fil-parlament, issa darilhom u qed jgħidu li se jistennew ir-rapporti sabiex jieħdu d-deċiżjoni finali. Dan meta studji li kienu saru taħt amministrazzjoni Nazzjonalista kienu kkonkludew li l-proġett tal-mina huwa fattibbli.

Il-Partit Nazzjonlista mar lura mill-appoġġ lejn il-proġett tal-mina bejn iz-zewġ gzejjer.

Filwaqt li l-gvern huwa deċiz li jwettaq il-proġett tal-mina, din il-ġimgħa l-Kap Nazzjonalista Adrian Delia wera biċ-ċar li l-partit nazzjonalista ma jemminx li għandu jkun link permanenti bejn iz-zewġ gzejjer.

Adrian Delia mar lura mill-appoġġ tiegħu lejn il-mina bejn iz-zewġ gzejjer għax qal li d-deċizzjoni tiegħu se jagħmilha wara li jistenna r-rapporti.

B’Delia jbiddel il-pozizzjoni tiegħu ġimagħtejn biss wara li vvota favur mozzjoni mressqa mill-Gvern dwar il-proġett tal-mina bejn Malta u Għawdex.

Id-deputat nazzjonalist Jason Azzopardi kkonferma l-U-turn li għamel il-partit nazzjonalista, meta filwaqt li fil-Parlament b’konvenjenza ivvotaw favur, issa qed jgħidu li jridu  ir-rapporti sabiex jieħdu d-deċizjoni.

Proġett li dwaru diġà hemm bosta rapporti fosthom studji mħallsa minn fondi ewropej li kienu saru taħt amministrazzjoni Nazzjonalista u li kienu kkonkludew li l-proġett tal-mina huwa fattibbli.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend