Adrian Delia jrid li nivvutaw lill-kandidati Nazzjonalisti għall-Parlament Ewropew | One News

Notifiki

Adrian Delia jrid li nivvutaw lill-kandidati Nazzjonalisti għall-Parlament Ewropew

Il-Kap Nazzjonalista Adrian Delia irid li fil-25 ta’ Mejju l-elettorat jivvota lill-kandidati nazzjonalisti.

Delia qal dan meta indirizza lill-partitarji Nazzjonalisti fil-Każin Nazzjonalista ta’ Tas-Sliema. Diskors ta’ ftit minuti, ikkaraterizzat minn għadd ta’ mumenti isteriċi.

Delia qal li jemmen f’kull kandidat Nazzjonalist li se jikkontesta għall-Parlament Ewropew għax huma biss jiddefendu lil Malta.

Fost il-kandidati Nazzjonalisti hemm Roberta Metsola u David Casa li ma tilfux okkazzjoni waħda sabiex f’istituzzjonijiet Ewropej jaħdmu kontra Malta u jħammġu isem pajjiżna.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend