“Ma rridux sitwazzjoni fejn ikun hemm stat ta’ nofs sħubija.” Din kienet l-ewwel reazzjoni tal-Prim Ministru Joseph Muscat wara l-laqgħa li kellu man-Negozjatur Ewlieni tal-Unjoni Ewropea għal Brexit Michel Barnier.
Esprima t-tama li tittieħed deċiżjoni mill-aktar fis possibbli bil-għan li r-Renju Unit u l-Unjoni Ewropea jaslu għall-ftehim. Joseph Muscat semma kif hemm rieda tajba u assoluta min-naħa tal-Kunsill Ewropew u għalhekk kulma jonqos hu li jkun hemm ċertezza min-naħa tar-Renju Unit. tenna li Malta tinsab imħejjija għal kull eventwalita’ ta’ ħruġ bi pjan jew mingħajr ftehim.
Is-Sur Barnier qal li l-inċertezza dwar Brexit qed twassal biex f’Londra għadhom għaddejjin it-taħditiet bejn il-Gvern u l-Oppożizzjoni. B’dawn tal-aħħar qed jittrattaw dwar ir-relazzjoni futura tar-Renju Unit mal-Unjoni Ewropea.
“We can be more ambitious if the UK wishes to be part of a custom territory with the eu but we will also make sure to respect the EU principles a the integrity of the single market and the visibility of the four freedoms and the autonomy of the decision of the 27,” spjega Barnier.