22 ġurnata ‘l bogħod mill-elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsilli Lokali, l-Prim Ministru Joseph Muscat iltaqa’ mar-residenti Kalkariżi. Il-lokalita’ tal-Kalkara kienet waħda minn fost il-lokalitajiet fejn il-Partit Nazzjonalista ma riedx li ssir elezzjoni tal-Kunsill.
Il-Prim Ministru ħabbar li ser ikunu qed isiru xogħolijiet fil-Promenade tal-Kalkara kif ukoll fiż-żona magħrufa aħjar bħala x-Xewkija. Huwa appella lill-kostitwenti sabiex jivvotaw lill-kandidati kollha tal-Partit Laburista li ppreżentalhom tim b’saħħtu li huwa lest li jkun ta’ impenn kemm għar-residenti kif ukoll għal-lokalita’.
Huwa tenna li din mhux elezzjoni faċli u għalhekk kull wieħed u waħda minna huwa fid-dmir li joħroġ jivvota ħalli b’hekk jintbgħat messaġġ b’saħtu li Malta hija f’Qalbna.