Id-Dwana ppreparata għal kull eventwalità ta’ Brexit – One News

Notifiki

Id-Dwana ppreparata għal kull eventwalità ta’ Brexit

Waqt iż-żjara tiegħu f’Malta, in-Negozjatur Ewlieni tal-Unjoni Ewropea għal Brexit Michel Barnier għamel żjara fil-Port Ħieles fejn hemmhekk kellu laqgħa mal-Ministru tal-Finanzi Edward Scicluna.  Hawnhekk ġie indikat li kemm id-Dipartiment tad-Dwana kif ukoll il-Port Ħieles huma mħejjija għal kwalunkwe eventwalita’ ta’ Brexit.

Dan fid-dawl tal-fatt li ta’ kull ġimgħa, jgħaddu mill-port ħieles mat-30 kontejner u 25 trailer mir-Renju Unit.

B’rabta ma’ dan, il-Ministru Scicluna semma kif l-investiment li għamel il-Gvern fil-Port Ħieles qiegħed iwassal għal aktar tisħiħ fil-prinċipju ta’ suq waħdieni mifrux madwar l-Istati Membri Ewropej.

Dan hekk kif id-Dwana mhux biss żiedet il-qabdiet tad-droga b’sitt darbiet aktar mindu bdew joperaw scanners speċjalizzati, imma wkoll qed jgħinu sabiex jitneħħew mis-suq eluf ta’ oġġetti tal-kuntrabandu.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend