Raġel Ingliż ta’ 50 sena li joqgħod Tas-Sliema jinsab fil-periklu tal-mewt wara li waqa’ lura fuq vettura fil-Belt Valletta.
L-inċident seħħ għall-ħabta tal-16.45 fi Triq San Pawl meta għal xi raġuni l-Ingliż waqa’ lura fuq vettura tal-għamla Renault Fluence li kienet qed tinstaq minn raġel ta’ 27 sena residenti Ħal Qormi.
Fuq il-post issejħet ambulanza li ħadet lill-vittma l-Isptar Mater Dei sabiex tingħata l-kura meħtieġa. Aktar tard huwa ġie iċċertifikat li qed issofri minn ġrieħi serji.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija dwar dan l-inċident għadhom għaddejjin.