Iktar minn miljun persuna ġew evakwati minn djarhom fl-Indja, hekk kif iċ-ċiklun Fani qabad il-kosta tal-Lvant tal-Indja.
Ġie rrapurtat li l-irwiefen taċ-ċiklun qed ilaħħqu veloċita ta’ 200 kilometru fis-siegħa.
Dan qed iwassal għal għargħar f’diversi żoni, siġar jinqalgħu, u binjiet jiġġarrfu.
Iċ-ċiklun Fani, qed jitqies bħala l-agħar ċiklun tropikali fl-Indja fl-aħħar 20 sena. U huwa r-raba’ maltempata kbira li laqtet din iż-żona fl-aħħar 30 sena.
20 sena ilu maltempata qalila kienet ħalliet mal-10,000 persuna mejta.