Ċifri tal-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika juru li s-sena li għaddiet żdiedu b’aktar minn tmint elef u erba’ mija n-negozji fis-settur tal-bejgħ bl-ingrossa jew bl-imnut meta mqabbel mal-2017.
Iċ-ċifri tal-NSO li huma bbażati fuq ir-reġistru tan-negozji juru li fl-2018, f’Malta kien hawn irreġistrati 113,256 negozju fis-settur tal-bejgħ bl-ingorssa jew bl-imnut. Din kienet tfisser żieda ta’ 8.1% meta mqabbel mal-2017 meta kien hemm irreġistrati 104,798.
Joħroġ ukoll li l-akbar żidiet kienu rreġistrati fl-għadd ta’ kumpaniji meqjusa żgħar li jħaddmu bejn 10 u 49 ħaddiem.
Fil-fatt matul is-sena li għaddiet, il-kumpanija li jħaddmu anqas minn 10 min-nies żdiedu bi 8,195, segwiti b’żieda ta’ 241 kumpanija li jħaddmu bejn 10 u 49 ħaddiem, 12-il kumpanija li jħaddmu bejn 20 u 249 ħaddiem u 10 oħra li jħaddmu aktar minn 250 ħaddiem.