Fl-ewwel dibattitu bejn iż-żewġ mexxejja fuq il-programm XTRA fuq l-istazzjon nazzjonali mmexxi minn Saviour Balzan, il-poplu malti seta’ jara d-differenza bejn iż-żewġ mexxejja ewlenin f’pajjiżna – il-Prim Ministru Joseph Muscat u l-Kap tal-Oppozizzjoni Adrian Delia.
L-Għażla li se jkun qiegħed jagħmel il-poplu malti, bejn Joseph Muscat u Adrian Delia, fil-25 ta’ Mejju meta jivvota fl-elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew u l-kunsilli lokali.
“Hija għażla bejni u bejn Delia għax kieku mhux qegħdin hawnhekk. Kieku stedint lil xi ħaddieħor. Huwa ċar li qegħdin hawnhekk għax hija għażla bejni u bejnu kif il-pajjiċ jimxi l-quddiem, Kunsilli , u Meps li m’għandiex problema inniżżel ismi taħt kull waħda.”
Iżda Adrian Delia, li qiegħed jiffaċċja allegazzjonijiet ta’ ħasil ta’ flus, ma jridx li f’din l-elezzjoni l-poplu jiġġudikah.
“Leader ma’ leader”
Iżda l-Prim Ministru qal li ma jibzax mill-ġudizzju tal-poplu.
Għandna track record bħal gvern. Perfetti żgur li le. Żballi għamilna. Meta jpoġġu fuq il-miżien iqiesu kollox. Imma ma nibża qatt mill-ġudizzju tal-poplu u għalhekk se mur fil-25 ta’ Mejju.
Il-Mexxej Laburista Joseph Muscat qal li l-Partit Laburista sejjer għal dawn l-elezzjonijiet biex jipprova jirbaħ u rrimarka li qatt ma jista’ jirbaħ dawn l-elezzjonijiet b’sebgħin elf.
“Il-Partit Laburista jirbaħ b’70,000 kieku joħorġu jivvotaw id-doppju wkoll ma nirbħux, irridu nipruvaw nirbħu.”
Kull elezzjoni hija storja u jkun hemm stennija għaliha. Imma l-Partit Nazzjonalista qiegħed jipprova jnaqqas din l-istennija għall-elezzjonijiet tal-ħamsa u għoxrin ta’ Mejju.
Il-Prim Ministru tkellem dwar l-istrateġija tal-Partit Nazzjonalista, li ried iċaħħad id-dritt tal-vot lil mija u tlettin elf ruħ billi ma nnominax biżżejjed kandidati fit-tlieta u għoxrin lokalità madwar malta u għawdex.
Bl-elezzjonijiet f’dawn il-lokalitajiet, ħafna minnhom fin-nofsinhar ta’ Malta ser isiru biss minħabba li l-Partit Laburista innomina aktar kandidati f’dawn il-lokalitajiet. Bil-Partit Laburista għandu tim b’saħħtu ta’ 398 kandidat.
“Ma sibx bizzejjed kandidati bħax-Xagħra Għawdex. Kienu maġġoranzi nazzjonalista. Kieku ċaħdu l-vot fi 23 lokalita. Lanqas għandhom għalfejn jivvotaw meta aħna irridu lil kulħadd jivvota. Parti minn strateġija.
“Minn naħa tagħna nassiguraw li Malta tibqa f qalbna.”