Kantanta Maltija f’nofs kontroversja dwar Britain’s Got Talent – One News

Kantanta Maltija f’nofs kontroversja dwar Britain’s Got Talent

Giorgia Borg, il-Maltija ta’ 10 snin, li ftit tal-jiem ilu rebħet post fis-semi finali tal-Britain’s Got Talent, tinsab f’nofs kontroversja wara li eluf ta’ segwaċi tal-programm għarfu li Borg kantat l-istess kanzunetta fil-Junior Eurovision.


Ħafna segwaċi marru kontra din id-deċiżjoni hekk kif il-programm Britain’s Got Talent suppost huwa mmirat li jagħti pjattaforma lil talent mhux magħruf u li qatt ma għamilha f’kompetizzjonijiet kbar.

Filfatt wara din id-deċiżjoni fuq is-sit soċjali twitter eluf ta’ segwaċi qed jgħidu li ser jibbojkottjaw il-programm.

Giorgia Borg, rċeviet il-‘golden buzzer’ fi Britain’s Got Talent wara li kantat kanzunetta oriġinali tagħha bl-isem ta’ ‘Ten’ bi stil soul quddiem Simon Cowell, David Walliams, Amanda Holden u Alesha fir-raba’ edizzjoni tal-auditions.

Alesha Dixon għafset il-golden buzzer fi Britain’s Got Talent, is-Sibt 27 ta’ April 2019 u għamlet lil Borg l-iżgħar kantanta li rebħet post awtomatiku fis-semi finali.

 

 

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend