BIL-FILMAT: €750,000 għar-riġenerazzjoni tal-oqsma tad-djar – One News

BIL-FILMAT: €750,000 għar-riġenerazzjoni tal-oqsma tad-djar

Il-Gvern ser ikun investa aktar minn tlett kwarti ta’ miljun ewro f’riġenerazzjoni ta’ 31 dar tal-Akkomodazzjoni Soċjali f’San Ġwann.

Ħabbar dan is-Segretarju Parlamentari Rodrick Galdes hekk qal li din in-nefqa bejn l-2019 u l-2019 tagħmel parti minn programm ambizzjuż ta’ riġenerazzjoni tal-oqsma tad-djar li ilhom għexieren ta’ snin li nbnew.

F’konferenza tal-aħbarijiet Galdes sostna li dan l-investiment ser ikun qed jaffettwa madwar 325 familja li jgħixu f’dawn il-binjiet ta’ akkomodazzjoni soċjali.

Filfatt spjega kif diġa tlestew tliet binjiet li jilqgħu total ta’ 75 familja bi spiża ta’ €290,000. Dan filwaqt li ser jibda’ x-xogħol fuq disa’ binjiet oħra f’San Ġwann b’investiment ta’ €430,000 u li minnu ser igawdu 110 familji.

Intant l-Awtorità tad-djar se tinvesti €30,000 oħra biex 40 familja li jgħixu f’ħames blokok oħra jkunu jistgħu jagħmlu huma wkoll xogħlijiet ta’ titjib u manutenzjoni, skont ix-xewqat tar-residenti stess.

Dan mhux kollox hekk kif 14-il blokka oħra f’San Ġwann b’100 familja ser jibbenefikaw minn titjib fl-aċċessibiltá permezz ta’ installazzjoni ta’ lifts u rampi ġodda.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend