Demostrazzjonijiet fil-Venezwela jħallu mara mejta u bosta midruba | One News

Notifiki

Demostrazzjonijiet fil-Venezwela jħallu mara mejta u bosta midruba

Mara inqalet u bosta persuni midruba fil-kapitali tal-Venezwela, Caracas, waqt ġlied bejn il-partitarji tal-oppożizzjoni u l-forzi favur il-gvern. Intefa’ gass tad-dmugħ u ilma mill-militari b’rabta mad-dimostrazzjonijiet li qed isiru għas-sejħa għar-riżenja tal-President tal-Veneżwela, Nicolàs Maduro.

Il-mexxej tal-oppożizzjoni, Juan Guaidò, sejjaħ għal serje ta’ strakijiet sabiex jitfgħu aktar pressjoni fuq il-President Maduro. Filwaqt li ħeġġeġ lill-impjegati fis-settur pubbliku biex jaġixxu skont l-istruzzjonijiet tiegħu, li jista’ jwassal għal strajk ġenerali.

F’Jannar li għadda l-Kap tal-oppożizzjoni, Guaidó, iddikjara lilu nnifsu bħala l-mexxej temporarju tal-Veneżwela u li ġie rikonoxxut minn aktar minn ħamsin pajjiż, inkluż l-Istati Unit. Iżda l-President Maduro, li għandu l-appoġġ miċ-Ċina, r-Russja u l-Mexxejja Militari tal-Veneżwela qed jirrifjuta li jċedi l-poter.

Maduro ċaħad allegazzjonijiet li hu kien lest li jaħrab mill-pajjiż u akkuża lill-Istati Uniti li qed jimbuttaw kolp ta’ stat fil-Venezuela u qal li dawk involuti f’dawn id-demostrazzjonijiet se jkun ikkastigat.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend