Il-Kap Nazzjonalista Adrian Delia biddel il-pozizzjoni tiegħu dwar il-mina li tgħaqqad lil Malta ma’ Għawdex.
April 2019 – Adrian Delia and the PN Opposition votes in favour of the Gozo tunnel in Parliament.
May 2019 – Adrian Delia says he’d like to see the studies first before forming an opinion on the Gozo tunnel.
🤷♂️ pic.twitter.com/gvTuWtQFR9
— Partit Laburista (@PL_Malta) May 2, 2019
Wara li fis-sbatax ta’ April, il-Parlament ivvota b’mod unanimu favur il-proġett ta’ link permanenti bejn iz-zewġ gzejjer, f’dibattitu mal-Prim Ministru Joseph Muscat, issa Adrian Delia ħareġ jgħid li għandu tħassib dwar dan il-proġett tant meħtieġ għall-Għawdxin.
Izda l-Prim Ministru qal li huwa deċiz li jwettaq il-proġett tal-mina bejn Malta u Għawdex. Proġett li ser isir fuq medda ta’ snin u li jinvolvi minn tal-inqas żewġ leġislaturi biex tittejjeb il-konnettività bejn iż-żewġ gżejjer.
Adrian Delia mar lura mill-appoġġ tiegħu lejn il-mina bejn iz-zewġ gzejjer għax qal li d-deċizzjoni tiegħu se jagħmilha wara li jistenna r-rapporti.
B’Delia jbiddel il-pozizzjoni tiegħu ġimagħtejn biss wara li vvota favur mozzjoni mressqa mill-Gvern dwar il-proġett tal-mina bejn Malta u Għawdex.
Il-Prim Ministru fakkar lil Adrian Delia li fil-Parlament qablu b’mod unanimu dwar il-proġett tal-mina. Proġett li dwaru diġà hemm rapport dwar l-impatt soċjali.
Fi stqarrija, il-Partit Nazzjonalista kompla jikkonferma li l-Kap Nazzjonalista Adrian Delia biddel il-pożizzjoni tiegħu dwar dan il-proġett u issa qed jgħid li għad trid tittieħed deċiżjoni finali dwaru.