Nawguralkom, għax Malta llum hija ġawhra fl-Unjoni Ewropea. Art ta’ ugwaljanza. Malta li fl-aħħar snin imxiet ħafna l quddiem, u li għandha triq sabiħa quddiemha.
Dan kliem il-Viċi President tal-Kummissjoni Ewropea, u kandidat għal President tal-istess Kummissjoni Ewropea, Frans Timmermans.
Timmermans tenna li issa huwa ż-żmien li l-Ewropa tkun iktar soċjali, fejn tinqata’ għalkollox id-differenza fid-dħul bejn l-irġiel u n-nisa, u għal ugwaljanza sħiħa.
U huma f’dawn il-mumenti kruċjali li Malta trid tkun hi li tmexxi.
Fid-diskors tiegħu semma’ kif il-ħidma tal-Kummissarju Ewropew Malti Karmenu Vella qed tħalli l-frott. Ħidma favur inqas skart, u tnaqqis tal-użu tal-plastik fl-ibħra tagħna.
Is-Sur Timmermans staqsa lin-nies kif kienu ħames snin ilu, kif jinsabu llum, u fejn iridu jkunu fil-ħames snin li ġejjin. U jaħsbu sew liem partit se jwassalhom hemm.
Tenna li dan hu l-mument tas-soċjalisti demokratiċi.
Qal kif “But we can only achieve our goal if we go out and vote on the 25th of May this year here in Malta. That’s the only way we can achieve our goals. So tell everyone you know – go out vote for the European elections and vote Labour.”
Fakkar kif Malta llum hija f’pużizzjoni ferm aħjar milli kienet, u tista tkun aħjar fil-ħames snin li ġejjin.
Qal “Today Malta is in a much better place than it was 5 years ago. But Malta can be in an even better place in 5 years time if you give your trust, if you give your support to Labour, to Social Democrats and to Socialists everywhere. We will make sure your dreams about equality, about social justice, about a better environment, better public transport. All these things that Malta needs will be realised under guidance of Joseph Muscat and the Labour Party here in Malta. ”
Minn naħa tiegħu id-deputat Prim Ministru Chris Fearne ta’ ħarsa lura lejn il-kisbiet ta’ pajjiżna favur id-drittijiet tal-ħaddiem.
Sostna li disgħin sena ilu, meta bdiet tiġi ċċelebrata din il-ġurnata, il-ħolma kienet li l-ħaddiem ma jmutx fqir. Illum il-ħolma hi li l-ħaddiem ikun sinjur.
Tenna li l-ħolma tal-Partit Laburista llum hi li jwassal għal ħaddiema sinjuri – fejn permezz ta’ bini fuq soċjetà ġusta li ħallewlna ta’ qabilna, jinqata’ l-faqar.
Ħidma biex inkomplu nibnu pajjiż ġawhra, sinjur, sigur, modern, rispettat u li tħobb tgħix ġo fih.
Pajjiż b’opportunitajiet għal kulħadd, irrispettivament mill-qagħda soċjali u orjentazzjoni sesswali.
Pajjiż sinjur fil-ġmiel ta’ pajjiżna, il-wirt storiku u kulturali, l-ambjent naturali u urban tagħna.
Xogħol li jasal frott l-investiment bil-għaqal.