Norman Darmanin Demajo mhux ser jikkontesta għall-elezzjoni ta’ President tal-MFA – One News

Notifiki

Norman Darmanin Demajo mhux ser jikkontesta għall-elezzjoni ta’ President tal-MFA

Il-president attwali tal-Malta Football Association Norman Darmanin Demajo mhuwiex ser jikkontesta l-elezzjoni ta’ president li ser issir f’Lulju li ġej waqt il-Laqgħa Ġenerali Annwali tal-Assoċjazzjoni.

Dan ħabbru Darmanin Demajo nnifsu waqt laqgħa tal-kunsill tal-MFA li saret illum wara nofsinhar.  Huwa ilu jokkuppa din il-kariga sa mill-2010 meta kien ħa post l-avukat Joe Mifsud.

Iż-żewg ismijiet li qed jissemmew li jistaw jikkontestaw għall-ħatra ta’ president ġdid huma l-ex viċi president tal-istess assoċjazzjoni Dr Chris Bonnet kif ukoll l-ex segretarju ġenerali tal-MFA Bjorn Vassallo

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend