Marisa D'Amato tirbaħ premju prestiġjuż fl-Irlanda | One News

Notifiki

Marisa D’Amato tirbaħ premju prestiġjuż fl-Irlanda

Il-kantanta Maltija ta’ stil country, Marisa D’Amato ingħatat rikonoxximent waqt il “Hot Country Awards” li saru f’Cavan l-Irlanda it-Tnejn 29 ta’ April. Dan ingħatalha għall-ħidma tagħha fuq skala Internazzjonali, bhala kantanta, preżentatrici u produttriċi tal-programm Country Jamboree fuq “Keep it Country TV”.

F’dawn l-aħħar ġimgħat bi preparazzjoni għal din is-serata tant prestiġjuża, Malta nagħtat promozzjoni bl-għajnuna tal-Awtorità tat-Turiżmu fuq l-istazzjon Nazzjonali Irlandiz RTE kif ukoll fuq Keep It Country TV. Waqt is-serata tqassam materjal t’informazzjoni fuq pajjizna.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend